+Artikolu 79 1.

Artikolu 79 1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fejn dan ikun meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jużaw is-setgħat tagħhom, kemm jekk huma stabbiliti f’din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew fid-dritt nazzjonali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, bi qbil mal-Artikolu 70, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u lill-AETS biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’mod partikulari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkooperaw f’kull investigazzjoni jew attività superviżorja.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompete nti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru ta’ multi.

Sabiex jiffaċilitaw u jaċċeleraw il-kooperazzjoni u, b’mod aktar partikolari, l-iskambju ta’ tagħrif, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda bħala punt ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-oħra, l-ismijiet tal-awtoritajiet li jkunu nħatru sabiex jirċievu t-talbiet għall-iskambju ta’ tagħrif u għall-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ dawk l-awtoritajiet fuq is-sit elettroniku tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.