+Artikolu 79 Obbligu ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
---+Artikolu 79 5.
---+Artikolu 79 6.
---+Artikolu 79 7.
---+Artikolu 79 8.
---+Artikolu 79 9.

Artikolu 79 Obbligu ta’ kooperazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fejn dan ikun meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jużaw is-setgħat tagħhom, kemm jekk huma stabbiliti f’din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew fid-dritt nazzjonali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, bi qbil mal-Artikolu 70, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u lill-AETS biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’mod partikulari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkooperaw f’kull investigazzjoni jew attività superviżorja.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompete nti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru ta’ multi.

Sabiex jiffaċilitaw u jaċċeleraw il-kooperazzjoni u, b’mod aktar partikolari, l-iskambju ta’ tagħrif, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda bħala punt ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-oħra, l-ismijiet tal-awtoritajiet li jkunu nħatru sabiex jirċievu t-talbiet għall-iskambju ta’ tagħrif u għall-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ dawk l-awtoritajiet fuq is-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 79 2.
Meta, wara li titqies is-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitanti, l-operazzjonijiet ta’ ċentru ta’ negozjar li jkun stabbilixxa arranġamenti fi Stat Membru ospitanti jkunu saru ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f’dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti taċ-ċentru ta’ negozjar għandhom jistabbilixxu arranġamenti proporzjonati għall-kooperazzjoni bejniethom.
Artikolu 79 3.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-assistenza prevista fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-setgħat tagħhom sabiex jikkooperaw bejniethom, anke meta l-kondotta li tkun qed tiġi investigata ma tkun tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda regolament fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 79 4.
Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba biex tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew li jkunu twettqu atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor minn entitajiet li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-AETS bl-aktar mod speċifiku possibbli. L-awtorità kompetenti nnotifikata għandha tieħu l-azzjoni adatta. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika u lill-AETS dwar l-eżitu tal-azzjoni u, safejn ikun possibbli, dwar l-iżviluppi sinifikanti fl-interim. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika.
Artikolu 79 5.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bid-dettalji ta’:

(a) 

kwalunkwe talbiet għat-tnaqqis fid-daqs ta’ pożizzjoni jew esponiment skont il-punt (o) tal-Artikolu 69(2);

(b) 

kwalunkwe limiti fuq il-kapaċità ta’ persuni li jidħlu fi strument skont il-punt (p) tal-Artikolu 69(2).

In-notifika għandha tinkludi, fejn relevanti, id-dettalji tar-rikjesta jew tat-talba skont il-punt (j) tal-Artikolu 69(2), inklużi l-identità tal-persuna jew persuni li lilhom tkun indirizzata u r-raġunijiet għaliha, kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limiti introdotti skont il-punt (p) tal-Artikolu 69(2) inkluż il-persuna kkonċernata, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe limitu fuq id-daqs tal-pożizzjonijiet li l-persuna tkun tista’ żżomm fi kwalunkwe mument, kwalunkwe eżenzjoni għalihom mogħtija f’konformita’ mal-Artikolu 57, u r-raġunijiet għalihom.

In-notifiki għandhom isiru mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-azzjonijiet jew il-miżuri jkunu intenzjonati li jidħlu fis-seħħ. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun intenzjonata li tidħol fis-seħħ fejn ma jkunx possibbli li jingħata avviż ta’ 24 siegħa.

Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi notifika skont dan il-paragrafu tista’ tieħu miżuri f’konformita’ mal-punt (o) jew (p) tal-Artikolu 69(2) fejn tkun sodisfatta li l-miżura tkun meħtieġa biex jinkiseb l-għan tal-awtorità kompetenti l-oħra. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħti avviż bi qbil ma’ dan il-paragrafu meta tipproponi li tieħu miżuri.

Meta azzjoni skont il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tirrigwarda prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

Artikolu 79 6.
Fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza tas-swieq spot u tas-swieq bi rkant, u mal-awtoritajiet kompetenti. l-amministraturi tar-reġistri u korpi pubbliċi oħrajn responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE b’mod li jiġi żgurat li dawn ikun jista’ jkollhom perspettiva ġenerali konsolidata tas-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet.
Artikolu 79 7.
Fir-rigward tad-derivattivi ta’ komoditajiet agrikoli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u jikkooperaw magħhom.
Artikolu 79 8.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 dwar il-miżuri sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji skont liema l-attivitajiet ta’ ċentru ta’ negozjar fi Stat Membru ospitanti jistgħu jitqiesu li jkunu ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f’dak l-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 79 9.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.