|
+Artikolu 83 Rifjut ta’ kooperazzjoni |
Artikolu 83 Rifjut ta’ kooperazzjoniArtikolu 83 Rifjut ta’ kooperazzjoni Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni, verifika fuq il-post jew attività superviżorja kif previst fl-Artikolu 84 jew li tiskambja t-tagħrif kif previst fl-Artikolu 81 biss meta:
(a)
ikunu diġà nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;
(b)
tkun diġà ngħatat is-sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet. Fil-każ ta’ rifjut ta’ dan it-tip, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba u lill-AETS kif meħtieġ, billi tipprovdi tagħrif kemm jista’ jkun iddettaljat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|