+Artikolu 84 Konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
|
Artikolu 84 Konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 84 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment li tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
sussidjarja ta’ ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq jew istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor;
(b)
sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ ditta ta’ investiment jew ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor;
(c)
ditta kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw ditta ta’ investiment jew istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 84 2.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tal-impriżi ta’ assigurazzjoni għandha tiġi kkonsultata qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jkunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni;
(b)
sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni;
(c)
ikkontrollata mill-istess persuna, kemm fiżika u kemm ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 84 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsultaw lil xulxin b’mod partikulari meta jkunu qegħdin jivvalutaw l-adegwatezza tal-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw it-tagħrif kollu dwar l-adegwatezza tal-azzjonisti jew il-membri u dwar il-fama u l-esperjenza tal-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju li jkun ta’ rilevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni, kif ukoll għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-kundizzjonijiet operattivi.
|
|
Artikolu 84 4.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti oħra qabel tingħata awtorizzazzjoni. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|