|
+Artikolu 86 2. |
Artikolu 86 2.Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċertaw ruħhom illi ditta ta’ investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju tiegħu tikser id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji adottati f’dak l-Istat Membru skont dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu setgħat fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawn l-awtoritajiet għandhom jirrikjedu illi d-ditta tal-investiment ikkonċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. Jekk id-ditta tal-investiment ikkonċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw illi d-ditta ta’ investiment konċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta’ dawn il- għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju. F’każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta ta’ investiment tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien mhux dovut. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|