+Artikolu 86 Miżuri ta’ prekawzjoni li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitanti
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.
---+Artikolu 86 4.

Artikolu 86 Miżuri ta’ prekawzjoni li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86 1.
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi ditta ta’ investiment li taġixxi ġewwa t-territorju tiegħu bil-libertà li tipprovdi servizzi tikser -obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew li ditta ta’ investiment li jkollha fergħa fit-territorju tiegħu tikser l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li ma jikkonferixxux setgħat fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, hija għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew għax jintwera li t-tali miżuri huma inadegwati, id-ditta ta’ investiment tippersisti li taġixxi f’manjiera li tkun ċara li hi ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, li għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ prevenzjoni għad-ditti ta’ investiment trasgressuri milli jibdew kwalunkwe tranżazzjoni ulterjuri fit-territorji tiegħu. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati bit-tali miżuri mingħajr dewmien mhux dovut; u

(b) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 86 2.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċertaw ruħhom illi ditta ta’ investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju tiegħu tikser id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji adottati f’dak l-Istat Membru skont dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu setgħat fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawn l-awtoritajiet għandhom jirrikjedu illi d-ditta tal-investiment ikkonċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha.

Jekk id-ditta tal-investiment ikkonċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw illi d-ditta ta’ investiment konċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta’ dawn il- għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

F’każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta ta’ investiment tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien mhux dovut.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 86 3.
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ suq regolat, ta’ MTF jew ta’ OTF ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi t-tali suq regolat, MTF jew OTF jiksru l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, hi għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tas-suq regolat jew tal-MTF jew tal-OTF.

F’każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew għax jinstab li dawn il-miżuri huma inadegwati, dak is-suq regolat jew l-MTF jew l-OTF jippersistu li jaġixxu f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju ċar għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament tajjeb tas-swieq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, li għandhom jinkludu l-possibbiltà li dak is-suq regolat jew l-MTF jew l-OTF jitwaqqfu milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-remoti jew lill-parteċipanti membri stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien mhux dovut.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 86 4.
Kull miżura adottata skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 li tinvolvi sanzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment jew ta’ suq regolat għandha tkun iġġustifikata kif jixraq u kkomunikata lid-ditta ta’ investiment ikkonċernata jew lis-suq regolat ikkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.