+Artikolu 87a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 87a 1.
---+Artikolu 87a 2.
---+Artikolu 87a 3.
---+Artikolu 87a 4.
---+Artikolu 87a 5.
---+Artikolu 87a 6.
---+Artikolu 87a 7.
---+Artikolu 87a 8.

Artikolu 87a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87a 1.
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) u (6), l-Artikolu 33(3), il-punti (c), (d), u (f), u l-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva, id-ditti ta’ investiment, l-operaturi tas-suq jew l-emittenti jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet tad-ditta tal-investiment, tal-operatur tas-suq jew tal-emittent li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

l-identifikatur tal-entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, tal-operatur tas-suq jew tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs tad-ditta tal-investiment, tal-operatur tas-suq jew tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 87a 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq jew l-emittenti jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
Artikolu 87a 3.
Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) u (6) u l-Artikolu 33(3), il-punti (c), (d), u (f), ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Artikolu 87a 4.
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 52(2) u 71(1) u (2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment jew tal-operatur tas-suq li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 87a 5.
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 18(10) u l-Artikolu 58(1), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment jew tal-operatur tas-suq li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 87a 6.
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun ir-reġistru pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-aġent marbut li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

fejn disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-aġent marbut, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 87a 7.

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b) 

l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;

(c) 

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’każijiet bħal dawn, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 87a 8.
Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.