|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I LISTA TA’ SERVIZZI U ATTIVITAJIET U STRUMENTI FINANZJARJI TAQSIMA A Servizzi u attivitajiet ta’ investiment
(1)
Ir-riċezzjoni u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b’rabta ma’ strument jew strumenti finanzjarji;
(2)
L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti;
(3)
►C4 Negozjar akkont proprju ◄ ;
(4)
Il-ġestjoni ta’ portafolli;
(5)
Il-konsulenza dwar investimenti;
(6)
Is-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod;
(7)
It-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta’ impenn sod;
(8)
It-tħaddim ta’ MTF;
(9)
It-tħaddim ta’ OTF. TAQSIMA B Servizzi anċillari
(1)
Il-ħarsien u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-kont tal-klijenti, inklużi l-kustodja u servizzi relatati bħall-ġestjoni ta’ flus fil-pront/kollaterali u esklużi l-forniment u ż-żamma tal-kontijiet ta’ titoli fl-ogħla livell (“servizz ta’ manutenzjoni ċentrali”) imsemmija fil-punt (2) tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 ( *1 );
(2)
L-għoti ta’ kreditu jew self lil investitur sabiex ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni fi strument jew strumenti finanzjarji, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fit-tranżazzjoni;
(3)
Il-konsulenza lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u materji relatati u l-konsulenza u s-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi;
(4)
Is-servizzi ta’ kambju meta dawn ikunu marbutin mal-forniment ta’ servizzi ta’ investiment;
(5)
Ir-riċerka dwar l-investiment u l-analiżi finanzjarja jew għamliet oħra ta’ rakkomandazzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mat-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji;
(6)
Is-servizzi li għandhom x’jaqsmu mas-sottoskrizzjoni;
(7)
Is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari tat-tip inkluż fit-Taqsima A jew B tal-Anness 1 li jkollhom x’jaqsmu mal-irfid tad-derivattivi inklużi taħt il-punti (5), (6), (7) u (10) fit-Taqsima C meta dawn ikunu konnessi mal-forniment ta’ servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari. TAQSIMA C Strumenti finanzjarji
(1)
It-titoli trasferibbli;
(2)
L-istrumenti tas-suq monetarju;
(3)
L-unitajiet fl-impriżi għal investiment kollettiv;
(4)
L-opzjonijiet, il-futuri, is-swaps, il-ftehimiet tar-rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mat-titoli, il-valuti, ir-rati jew ir-rendimenti tal-imgħax, il-kwoti tal-emissjonijiet jew strumenti tad-derivattivi oħra, l-indiċijiet finanzjarji jew il-miżuri finanzjarji li s-saldu tagħhom jista’ jsir b’mod fiżiku jew fi flus;
(5)
L-opzjonijiet, il-futuri, is-swaps, il-forwards u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mal-komoditajiet li s-saldu tagħhom irid isir fi flus jew li jista’ jsir fi flus fuq l-għażla ta’ waħda mill-partijiet aktar milli minħabba kontumaċja jew avveniment ieħor ta’ terminazzjoni;
(6)
L-opzjonijiet, il-futuri, is-swaps, u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mal-komoditajiet li s-saldu tagħhom jista’ jsir b’mod fiżiku sakemm in-negozjar tagħhom ikun qed isir fuq suq regolat, MTF jew OTF, ħlief għall-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa innegozjati fuq OTF li s-saldu tagħhom irid isir b’mod fiżiku;
(7)
L-opzjonijiet, il-futuri, is-swaps, il-ftehimiet tar-rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mal-komoditajiet li s-saldu tagħhom jista’ jsir b’mod fiżikuu li ma jkunux imsemmijin fil-punt 6 ta’ din it-Taqsima u li ma jkollhomx finijiet kummerċjali, li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra ta’ derivattivi;
(8)
L-istrumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu;
(9)
Il-kuntratti finanzjarji għad-differenzi;
(10)
L-opzjonijiet, il-futuri, is-swaps, il-ftehimiet tar-rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mal-elementi varjabbli fil-qasam tal-klima, ir-rati ta’ trasport ta’ merkanzija jew ir-rati tal-inflazzjoni jew statistika ekonomika uffiċjali oħra li s-saldu tagħhom irid isir fi flus jew jista’ jsir fi flus fuq l-għażla ta’ waħda mill-partijiet aktar milli minħabba kontumaċja jew avveniment ieħor ta’ terminazzjoni, kif ukoll kull kuntratt ta’ derivattivi ieħor li jkollu x’jaqsam mal-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-indiċijiet u l-miżuri mhux imsemmija xi mkien ieħor f’din it-Taqsima, li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra ta’ derivattivi, filwaqt li jitqies jekk, fost ħwejjeġ oħra, humiex qed jiġu negozjati f’suq regolat, OTF jew MTF;
(11)
Il-kwoti tal-emissjonijiet li jikkonsistu fi kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (Skema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet). ▼M6 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|