|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Meta ċ-ċentri tan-negozjar joperaw sistemi li jifformalizzaw it-tranżazzjonijiet negozjati skont il-paragrafu 1(b)(i):
(a)
dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar;
(b)
iċ-ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri biex jipprevjenu jew jidentifikaw abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq fir-rigward ta’ tali tranżazzjonijiet negozjati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;
(c)
iċ-ċentru tan-negozjar għandu jistabbilixxi, imantni u jimplimenta sistemi biex jinduna b’kull tentattiv li l-eżenzjoni tintuża biex jiġu evitati rekwiżiti oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew Direttiva 2014/65/UE u li jirrapporta dawn it-tentattivi lill-awtorità kompetenti. Meta awtorità kompetneti tagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 1(b)(i) jew (iii), dik l-awtorità kompetenti għandha timmoniterja l-użu tal-eżenzjoni miċ-ċentru tan-ngeozjar biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jkunu rispettati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|