+Artikolu 5 Limitazzjoni tal-volum
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
|
Artikolu 5 Limitazzjoni tal-volum
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jissospendu l-użu tagħhom tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), fejn il-perċentwal tan-negozjar fi strument finanzjarju fl-Unjoni mwettaq skont dik l-eżenzjoni jaqbeż 7 % tal-volum totali tan-negozjar f’dak l-istrument finanzjarju fl-Unjoni. Iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jissospendu l-użu ta’ dik l-eżenzjoni fuq id-data ppubblikata mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jieħdu tali deċiżjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-pubblikazzjoni ta’ dik id-data u għal perjodu ta’ tliet xhur.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-ESMA għandha tippubblika fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol minn tmiem Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta’ kull sena kalendarja l-volum totali tan-negozjar fl-Unjoni għal kull strument finanzjarju fit-12-il xahar preċedenti, il-perċentwali tan-negozjar f’kull strument finanzjarju mwettaq madwar l-Unjoni taħt l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u l-metodoloġija li tintuża biex jiġu dderivati dawk il-perċentwali tan-negozjar f’kull strument finanzjarju.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Sabiex tiġi żgurata bażi affidabbli għall-monitoraġġ tan-negozjar li jseħħ taħt l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx inqabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, l-operaturi taċ-ċentri ta’ negozjar għandu jkollhom stabbiliti sistemi u proċeduri li jippermettu l-identifikazzjoni tan-negozji kollha li jkunu seħħew fiċ-ċentru tagħhom taħt dik l-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Il-perjodu għall-pubblikazzjoni tad-data dwar in-negozjar mill-ESMA, u li matulu n-negozju fi strument finanzjarju taħt dik l-eżenzjoni għandu jiġi mmonitorjat, għandu jibda fid-29 ta’ Settembru 2025.
|
|
Artikolu 5 9.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu, inkluż l-immarkar tat-tranżazzjonijiet, li abbażi tiegħu tiġbor, tikkalkula u tippubblika d-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif indikat fl-Artikolu 4, sabiex tipprovdi kejl preċiż tal-volum totali tan-negozjar għal kull strument finanzjarju u l-perċentwali tan-negozjar li jużaw dik l-eżenzjoni madwar l-Unjoni. L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 5 10.
|
Sad-29 ta’ Settembru 2027, u kull sentejn wara, l-ESMA għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-limitu tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqis l-istabbiltà finanzjarja, l-aħjar prattiki internazzjonali, il-kompetittività tad-ditti tal-Unjoni, is-sinifikat tal-impatt fuq is-suq kif ukoll l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport mill-ESMA msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula fil-livell tal-Unjoni jew f’dak internazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|