+Artikolu 7 Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
|
Artikolu 7 Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, l-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika. Fejn l-awtorità kompetenti tawtorizza pubblikazzjoni differita u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mad-differiment jew mal-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni mogħtija, dik l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwestjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej b’mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:
(a)
id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż l-internalizzaturi sistematiċi u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 6(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 6(1) u 20, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;
(b)
il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju.
(c)
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investimenti inklużi internalizzaturi sistematiċi u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(1);
(d)
il-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|