|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej b’mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:
(a)
id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż l-internalizzaturi sistematiċi u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 6(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 6(1) u 20, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;
(b)
il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju.
(c)
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investimenti inklużi internalizzaturi sistematiċi u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(1);
(d)
il-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|