|
+Artikolu 8a 2. |
Artikolu 8a 2.Meta japplikaw reġistru ċentrali tal-ordnijiet b’limitu jew sistema ta’ negozjar b’irkant perjodiku, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom fir-rigward tad-derivattivi OTC li jkunu ddenominati f’euro, f’yen Ġappuniżi, f’dollari Amerikani jew f’liri sterlini u li:
(a)
ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiġu kklerjati ċentralment, u, fir-rigward tad-derivattivi bbażati fuq rati tal-imgħax, ikollhom terminu kuntrattwalment maqbul ta’ sena, sentejn, tliet snin, ħames snin, seba’ snin, għaxar snin, 12-il sena, 15-il sena, 20, 25 jew 30 sena;
(b)
ikunu swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu taħt isem wieħed li jirreferenzjaw bank globali sistemikament importanti u li jiġu kklerjati ċentralment; jew
(c)
ikunu swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu li jirreferenzjaw indiċi li jinkludi banek globali sistemikament importanti u li jiġu kklerjati ċentralment. Dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|