+Artikolu 9 Eżenzjonijiet għal bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet, derivattivi u ordnijiet f’pakkett
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 2a.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Eżenzjonijiet għal bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet, derivattivi u ordnijiet f’pakkett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
►M8
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8a(1) u (2) u l-Artikolu 8b(1) għal: ◄
(a)
ordnijiet ta’ skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq u ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati;
▼M8 —————
▼M8
(c)
derivattivi OTC li ma jkunux soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 28 u li għalihom ma hemmx suq likwidu, u strumenti finanzjarji oħra li għalihom ma hemmx suq likwidu;
▼M1
(d)
ordnijiet għall-iskop ta' skambju ma' prodott bażiku;
(e)
ordnijiet f'pakkett li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;
(ii)
tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun fuq skala kbira meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi.
▼M8 —————
▼B
|
|
Artikolu 9 2.
|
Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 5. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.
|
|
Artikolu 9 2a.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 8b(1) kull komponent individwali ta’ ordni f’pakkett.
|
|
Artikolu 9 3.
|
►M8
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba minn awtoritajiet kompetenti oħra jew mill-ESMA, jirtiraw eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 jekk huma josservaw li l-eżenzjoni tkun qed tintuża b’tali mod li jiddevja mill-fini oriġinali tagħha jew jekk iqisu li l-eżenzjoni tkun qed tintuża biex jiġu evitati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. ◄
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar mingħajr dewmien u qabel ma jidħol fis-seħħ, waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 9 4.
|
►M8
L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strument finanzjarju taqa’ taħt limitu speċifikat, tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 8. Il-limitu speċifikat għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Notifika ta’ tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha. ◄
Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Meta s-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament. Qabel ma tissospendi l-obbligi msemmija fl-Artikolu 8 jew iġġedded sospensjoni temporanja tagħhom,, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tipprovdi spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja humiex ġustifikati f’konformità mal-ewwel u mat-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 9 5.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
il-parametri u l-metodi għall-kalkolu tal-limitu massimu tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 4 b’rabta mal-istrument finanzjajru. Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq il-limitu massimu, huwa jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha fl-Unjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat ibbażat fuq il-kriterji użati skont l-Artikolu 2(1)(17);
▼M8
(b)
il-firxa tal-prezzijiet tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8a(1) u (2) u l-Artikolu 8b(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 8a(3) u fl-Artikolu 8b(2);
▼B
(c)
id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet sakemm jiġu ddivulgati, li jistgħu jkunu eżentati mid-divulgazzjoni qabel in-negozjar taħt il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat;
▼M8 —————
▼B
(e)
l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li mhemmx suq likwidu għalihom fejn id-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1;
▼M8
(f)
il-karatteristiċi tar-reġistri ċentrali tal-ordnijiet b’limitu u s-sistemi ta’ negozjar b’irkant perjodiku.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 9(1)(e), l-ESMA għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita metodoloġija għad-determinazzjoni ta' dawk l-ordnijiet f'pakkett li għalihom hemm suq likwidu. Meta tkun qed tiġi żviluppata tali metodoloġija biex jiġi determinat jekk hemmx suq likwidu għal ordni f'pakkett kollha kemm hi, l-ESMA għandha tivvaluta jekk il-pakketti humiex standardizzati u kummerċjalizzati ta' spiss. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar 2017. Is-setgħa tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|