|
+Artikolu 9 5. |
Artikolu 9 5.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
il-parametri u l-metodi għall-kalkolu tal-limitu massimu tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 4 b’rabta mal-istrument finanzjajru. Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq il-limitu massimu, huwa jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha fl-Unjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat ibbażat fuq il-kriterji użati skont l-Artikolu 2(1)(17);
(b)
il-firxa tal-prezzijiet tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8a(1) u (2) u l-Artikolu 8b(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 8a(3) u fl-Artikolu 8b(2);
(c)
id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet sakemm jiġu ddivulgati, li jistgħu jkunu eżentati mid-divulgazzjoni qabel in-negozjar taħt il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat; ▼M8 —————
(e)
l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li mhemmx suq likwidu għalihom fejn id-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1;
(f)
il-karatteristiċi tar-reġistri ċentrali tal-ordnijiet b’limitu u s-sistemi ta’ negozjar b’irkant perjodiku. L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|