|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet tista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strument finanzjarju taqa’ taħt il-limitu ddeterminat f’konformità mal-metodoloġija kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), il-punt (a), tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 10. Dak il-limitu għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha. L-ESMA tista’, fil-każ ta’ emerġenza, bħal pereżempju effett ħażin sinifikanti fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet innegozjata fl-Unjoni, testendi d-durati massimi tad-differimenti stabbiliti f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 4, il-punti (f) u (g). Qabel ma tiddeċiedi dwar tali estensjoni, l-ESMA għandha tikkonsulta ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih tiġi nnegozjata dik il-klassi ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet. Tali estensjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ESMA. Is-sospensjoni temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu jew l-estensjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun valida għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx it-tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA, rispettivament. Tali sospensjoni jew estensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri li ma jaqbżux it-tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni temporanja jew l-estensjoni jibqgħu applikabbli. Qabel ma s-sospensjoni temporanja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tipprovdi spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja humiex ġustifikati f’konformità mal-ewwel u mar-raba’ subparagrafi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|