+Artikolu 11 Pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 1a.
---+Artikolu 11 1b.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, inkluż il-prezz u l-volum, f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jiddivulgaw b’mod ċar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti u għandha, kull sentejn, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.
|
|
Artikolu 11 1a.
|
L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ bonds, jew klassijiet tagħhom, għandhom jiġu organizzati bl-użu ta’ ħames kategoriji:
(a)
kategorija 1: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;
(b)
kategorija 2: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu;
(c)
kategorija 3: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;
(d)
kategorija 4: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemmx suq likwidu;
(e)
kategorija 5: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir ħafna.
Meta l-perjodu ta’ differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.
|
|
Artikolu 11 1b.
|
L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet, jew klassijiet tagħhom, innegozjati f’ċentru ta’ negozjar għandhom jiġu organizzati skont l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (g). Meta l-perjodu tad-differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet tista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strument finanzjarju taqa’ taħt il-limitu ddeterminat f’konformità mal-metodoloġija kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), il-punt (a), tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 10. Dak il-limitu għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha. L-ESMA tista’, fil-każ ta’ emerġenza, bħal pereżempju effett ħażin sinifikanti fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet innegozjata fl-Unjoni, testendi d-durati massimi tad-differimenti stabbiliti f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 4, il-punti (f) u (g). Qabel ma tiddeċiedi dwar tali estensjoni, l-ESMA għandha tikkonsulta ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih tiġi nnegozjata dik il-klassi ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet. Tali estensjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ESMA. Is-sospensjoni temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu jew l-estensjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun valida għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx it-tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA, rispettivament. Tali sospensjoni jew estensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri li ma jaqbżux it-tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni temporanja jew l-estensjoni jibqgħu applikabbli. Qabel ma s-sospensjoni temporanja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tipprovdi spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja humiex ġustifikati f’konformità mal-ewwel u mar-raba’ subparagrafi.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Minbarra l-pubblikazzjoni differita kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tippermetti, fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran maħruġa minn dak l-Istat Membru, jew klassijiet tagħhom:
(a)
l-ommissjoni tal-pubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni individwali għal perjodu estiż li ma jaqbiżx is-sitt xhur; jew
(b)
il-pubblikazzjoni tad-dettalji ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata għal perjodu estiż li ma jaqbiżx is-sitt xhur.
Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn sovran mhux maħruġa minn Stat Membru, id-deċiżjonijiet f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom jittieħdu mill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tad-differimenti permessi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi u għandha, kull sentejn, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika. Meta l-perjodu tad-differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-ESMA għandha, wara li tikkonsulta lill-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dan li ġej b’tali mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 27g:
(a)
id-dettalji tat-tranżazzjonijiet li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 21(1), filwaqt li jiddistingwu bejn dawk iddeterminati minn fatturi marbuta primarjament mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk iddeterminati minn fatturi oħra;
(b)
il-limitu taż-żmien li jitqies li jikkonforma mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, inkluż meta n-negozji jiġu eżegwiti barra mis-sigħat normali ta’ negozjar;
(c)
għal liema prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, jew klassijiet tagħhom, jeżisti suq likwidu;
(d)
x’jikkostitwixxi suq likwidu u illikwidu għall-bonds, jew klassijiet tagħhom, espress bħala limiti ddeterminati skont id-daqs tal-ħruġ ta’ dawk il-bonds;
(e)
għal bond likwidu jew illikwidu, jew għal klassi tiegħu, dak li jikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ daqs medju, ta’ daqs kbir u ta’ daqs kbir ħafna, kif imsemmi fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra meta applikabbli;
(f)
fir-rigward ta’ bonds, jew klassijiet tagħhom, id-differimenti tal-prezzijiet u tal-volumi applikabbli għal kull waħda mill-ħames kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1a, bl-applikazzjoni tad-durati massimi li ġejjin:
(i)
għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 1: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux 15-il minuta;
(ii)
għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 2: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux tmiem il-jum ta’ negozjar;
(iii)
għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 3: differiment tal-prezz li ma jaqbiżx tmiem l-ewwel jum ta’ negozjar wara d-data tat-tranżazzjoni u differiment tal-volum li ma jaqbiżx ġimgħa waħda wara d-data tat-tranżazzjoni;
(iv)
għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 4: differiment tal-prezz li ma jaqbiżx tmiem it-tieni jum ta’ negozjar wara d-data tat-tranżazzjoni u differiment tal-volum li ma jaqbiżx ġimagħtejn wara d-data tat-tranżazzjoni;
(v)
għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 5: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux erba’ ġimgħat wara d-data tat-tranżazzjoni;
(g)
l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet, jew klassijiet tagħhom, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra meta applikabbli.
(h)
fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran, jew klassijiet tagħhom, il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jiġi ddeterminat id-daqs jew it-tip tat-tranżazzjoni f’tali strumenti li għalihom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet skont il-paragrafu 3.
Għal kull waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1a, l-ESMA għandha taġġorna regolarment l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu sabiex tikkalibra mill-ġdid id-durata tad-differiment applikabbli bl-għan li tnaqqasha gradwalment meta xieraq. Mhux aktar tard minn sena wara li d-durati tad-differiment mnaqqsa jsiru applikabbli, l-ESMA għandha twettaq analiżi kwantitattiva u kwalitattiva biex tivvaluta l-effetti tat-tnaqqis. Meta disponibbli, l-ESMA għandha tuża d-data dwar it-trasparenza ta’ wara n-negozjar imxerrda mis-CTP għal dan il-għan. Jekk jidhru effetti ħżiena għall-istrumenti finanzjarji, l-ESMA għandha taġġorna l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu biex iżżid id-durata tad-differiment lura għal-livell preċedenti. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|