|
+Artikolu 11a 3. |
Artikolu 11a 3.L-ESMA għandha, wara li tikkonsulta l-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dan li ġej b’tali mod li tippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 27g:
(a)
id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku għal kull klassi ta’ derivattiv kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati skont l-Artikoli 10(1) u 21(1), li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valwazzjoni tad-derivattivi u dawk determinati minn fatturi oħra;
(b)
il-limitu taż-żmien li huwa kkunsidrat li jikkonforma mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, inkluż meta n-negozji jitwettqu barra mis-sigħat normali ta’ negozjar;
(c)
dawk id-derivattivi li għalihom jeżisti suq likwidu;
(d)
għal derivattiv likwidu jew illikwidu, jew għal klassi tiegħu, dak li jikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ daqs medju, kbir jew kbir ħafna, kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u b’kunsiderazzjoni għall-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra fejn applikabbli;
(e)
id-differimenti tal-prezz u tal-volum applikabbli għal kull waħda mill-ħames kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), id-daqs tat-tranżazzjoni u kriterji rilevanti oħra fejn applikabbli. Għal kull waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taġġorna regolarment l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu sabiex tikkalibra mill-ġdid id-durata ta’ differiment applikabbli bl-għan li tnaqqasha gradwalment fejn xieraq. Mhux aktar tard minn sena wara li d-durati tad-differiment mnaqqsa jsiru applikabbli, l-ESMA għandha twettaq analiżi kwantitattiva u kwalitattiva biex tivvaluta l-effetti tat-tnaqqis. Meta tkun disponibbli, l-ESMA għandha tuża d-data ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar disseminat mis-CTP għal dan il-għan. Jekk jidhru effetti ħżiena għall-istrumenti finanzjarji, l-ESMA għandha taġġorna l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu biex iżżid id-durata tad-differiment lura għal-livell preċedenti. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2) u temendahom biex tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kalibrazzjoni tad-differimenti tal-prezz u tal-volum skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|