Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal 5 snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha u mat-transazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
). L-ESMA tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.