+Artikolu 25 Obbligu għaż-żamma tar-rekords
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
|
Artikolu 25 Obbligu għaż-żamma tar-rekords
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal 5 snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha u mat-transazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
). L-ESMA tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-operatur ta’ ċentru tan-negozjar għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma reklamati permezz tas-sistemi proprja f’format li jinqara mill-magni u bl-użu ta’ mudell komuni. L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar tista’ titlob dik id-data fuq bażi kontinwa. Ir-rekords għandu jkun fihom id-data rilevanti kollha li tikkostitwixxi l-karatteristiċi tal-ordni, inkluż dawk li jorbtu ordni mat-tranżazzjonijiet eżegwiti li joħorġu minn dik l-ordni u li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu rrapportati f’konformità mal-Artikolu 26(1) u (3). L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dettalji u l-formats tad-data dwar l-ordnijiet rilevanti li jeħtieġ li tinżamm skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li mhijiex imsemmija fl-Artikolu 26. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jinkludi l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-membru jew tal-parteċipant li ttrasmetta l-ordni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-ordni, id-data u l-ħin meta l-ordni kienet trasmessa, il-karatteristiċi tal-ordni, inkluż it-tip tal-ordni, il-prezz limitu jekk dan ikun applikabbli, il-perjodu ta’ validità, kwalunkwe istruzzjoni speċifika ta’ ordni, dettalji ta’ kwalunkwe modifika, kanċellazzjoni, twettiq parzjali jew sħiħ tal-ordni, l-isem tal-aġenzija jew l-operatur f’kapaċità prinċipali. L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|