|
+Artikolu 26 2. |
Artikolu 26 2.L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:
(a)
strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’ċentru ta’ negozjar jew li għalihom tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 8a(2), li għalihom l-obbligu għandu japplika biss meta jitwettqu f’ċentru ta’ negozjar;
(b)
strumenti finanzjarji fejn is-sottostanti huwa strument finanzjarju li huwa nnegozjat f’ċentru ta’ negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;
(c)
strumenti finanzjarji meta s-sottostanti jkun indiċi jew basket magħmul minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;
(d)
Derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|