+Artikolu 26 Obbligu ta’ rapportar ta’tranżazzjonijiet
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
---+Artikolu 26 10.
---+Artikolu 26 11.
|
Artikolu 26 Obbligu ta’ rapportar ta’tranżazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji sħaħ u preċiżi ta’ tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata ta’ xogħol li jkun imiss. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’konformità mal-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/65/UE, jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li ġejjin ukoll jirċievu dik l-informazzjoni:
(a)
l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment li jitrażmettu;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-fergħat li kienu parti mit-tranżazzjoni; u
(d)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni taċ-ċentri ta’ negozjar użati;
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom mingħajr dewmien bla bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:
(a)
strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’ċentru ta’ negozjar jew li għalihom tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 8a(2), li għalihom l-obbligu għandu japplika biss meta jitwettqu f’ċentru ta’ negozjar;
(b)
strumenti finanzjarji fejn is-sottostanti huwa strument finanzjarju li huwa nnegozjat f’ċentru ta’ negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;
(c)
strumenti finanzjarji meta s-sottostanti jkun indiċi jew basket magħmul minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;
(d)
Derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le.
|
|
Artikolu 26 3.
|
B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ismijiet u l-għadd ta’ strumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, id-dati effettivi, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-partijiet li f’isimhom id-ditta tal-investimenti tkun wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-entità soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment ikkonċernati. Ir-rapporti dwar tranżazzjoni li ssir f’ċentru ta’ negozjar għandhom jinkludu kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni ġġenerat u mxerred miċ-ċentru ta’ negozjar kemm lill-membri xerrejja kif ukoll lil dawk bejjiegħa taċ-ċentru ta’ negozjar. Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f’ċentru ta’ negozjar, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni biex jiġu identifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 20(3), il-punt (a) u l-Artikolu 21(5), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament. Rigward id-derivattivi ta’ komoditajiet, ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b’mod oġġettivament miżurabbli f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Id-ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet għandhom jinkludu fit-trażmissjoni ta’ dik l-ordni d-dettalji kollha kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 3. Minflok jiġu tinkludi d-dettalji msemmija meta tittrażmetti l-ordnijiet, ditta tal-investiment tista’ tagħżel li tirrapporta l-ordni trażmessa, jekk tkun twettqet, bħala tranżazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1. F’dak il-każ, ir-rapport tat-tranżazzjoni mid-ditta tal-investiment għandu jindika li dan jirreferi għal ordni trażmessa.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-operatur ta’ ċentru ta’ negozjar għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji nnegozjati fuq il-pjattaforma tiegħu li jiġu eżegwiti permezz tas-sistemi tiegħu minn kwalunkwe membru, parteċipant jew utent li mhuwiex soġġett għal dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafi 1 u 3.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Fir-rappurtar tad-deżinjazzjoni biex jidentifikaw il-klijenti, kif meħtieġ skont il-paragrafi 3 u 4, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika stabbilit biex jidentifika klijenti li huma persuni ġuridiċi. L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-3 ta’ Jannar 2016 linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tiżgura li l-applikazzjoni ta’ identifikaturi ta’ entità legali fi ħdan l-Unjoni tikkonforma mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, minn ARM li jaġixxi f’isimha jew miċ-ċentru tan-negozjar li permezz tas-sistema tiegħu tkun ġiet konkluża t-transazzjoni, skont il-paragrafi 1, 3 u 9. Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti’ B’deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta’ ARM li jaġixxi f’isimha jew permezz ta’ ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m’għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F’dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet. Id-ditti tal-investiment għandhom, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti ta’tranżazzjoni li jkunu tressqu f’isimhom. L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f’isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta’ informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ back-up b’mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f’kull ħin. Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportar, inklużi repożitorji tat-transazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex jiġu trażmessi rapporti tat-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u huma trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tan-negozjar fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. Meta jkun hemm żbalji jew nonpubblikazzjonijiet fir-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapporta t-tranżazzjoni għandu jikkoreġi l-informazzjoni u jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 26 8.
|
►M8
Ditta tal-investiment għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet eżegwiti kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment. Il-fergħa ta’ ditta ta’ pajjiż terz għandha tippreżenta r-rapporti tat-tranżazzjonijiet tagħha lill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat il-fergħa. Meta ditta minn pajjiż terz tkun stabbiliet fergħat f’aktar minn Stat Membru wieħed, dawk il-fergħat għandhom jiddeterminaw l-awtorità kompetenti li għandha tirċievi r-rapporti kollha dwar it-tranżazzjonijiet. ◄
Meta, skont l-Artikolu 35(8) tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu jiġu trażmessi għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru Ospitanti, dik l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jiddeċidux li ma jkunux jixtiequ jirċievu dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 26 9.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-istandards u l-formats tad-dejta sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;
(b)
il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;
▼M8
(c)
ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, id-dati effettivi, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-partijiet li f’isimhom id-ditta tal-investiment wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-entità soġġetta għall-obbligu tar-rapportar, il-mezzi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-data meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 3;
▼M8 —————
▼M8
(e)
il-kategoriji rilevanti ta’ indiċijiet li jridu jiġu rrapportati f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c);
▼B
(f)
il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta’ entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta’ entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.
(g)
l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-transazzjonijiet lil fergħat ta’ ditti tal-investiment;
(h)
dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta’tranżazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
(i)
meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4;
▼M8
(j)
il-kundizzjonijiet biex jintrabtu tranżazzjonijiet speċifiċi u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-ordnijiet aggregati li jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni; u
(k)
id-data sa meta t-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati.
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 26 10.
|
Sat-
►M1
3 ta' Jannar 2020 ◄ l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta’ rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss f’sistema unika magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-AETS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 26 11.
|
Sad-29 ta’ Marzu 2028, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ aktar integrazzjoni fir-rapportar tat-tranżazzjonijiet u s-simplifikazzjoni tal-flussi ta’ data skont dan l-Artikolu biex:
(a)
jitnaqqsu r-rekwiżiti duplikati jew inkonsistenti għar-rapportar tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari r-rekwiżiti duplikati jew inkonsistenti stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) (2015/2365), u f’liġijiet oħra rilevanti tal-Unjoni;
(b)
jittejbu l-istandardizzazzjoni tad-data u l-kondiviżjoni u l-użu effiċjenti tad-data rapportata fi ħdan kwalunkwe qafas ta’ rapportar tal-Unjoni minn kwalunkwe awtorità rilevanti fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali.
Meta tħejji r-rapport, u meta jkun rilevanti, l-ESMA għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi l-oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja u mal-Bank Ċentrali Ewropew.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|