Sat-
►M1
3 ta' Jannar 2020
◄ l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta’ rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss f’sistema unika magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-AETS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.