|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:
(a)
l-ESMA effettivament tirċievi d-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
il-kwalità tad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun adatta għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 26;
(c)
id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tintbagħat b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(d)
ikun hemm mekkaniżmi effettivi fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu riżolti l-kwistjonijiet relatati mal-kunsinna tad-dejta jew il-kwalità tad-dejta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|