+Artikolu 27 Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strumenti finanzjarji
---+Article 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
|
Artikolu 27 Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strumenti finanzjarji
►M8
Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew negozjati f’ċentru ta’ negozjar jew meta l-emittent ikun approva negozjar tal-istrument maħruġ jew meta tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar, iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jipprovdu lill-ESMA data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 r-rekwiżiti ta’ trasparenza skont l-Artikoli 3, 6, 8, 8a, 8b, 10, 14, 20 u 21. Fir-rigward tad-derivattivi OTC, id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq identifikatur uniku tal-prodott maqbul fuq livell globali u fuq kwalunkwe data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni rilevanti oħra. Fir-rigward tad-derivattivi OTC mhux koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26(2), kull entità tal-pubblikazzjoni deżinjata għandha tipprovdi lill-ESMA bid-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni. ◄ Id-dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-ESMA f’format elettroniku u standardizzat qabel jibda n-negozjar fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju għandha tiġi aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-dejta fir-rigward ta’ strument finanzjarju. L-ESMA għandha tippubblika dik id-dejta ta’ referenza minnufih fis-sit web tagħha. L-ESMA għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess mingħajr dewmien bla bżonn għal dik id-dejta ta’ referenza.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 27 1.
|
►M8
With regard to financial instruments admitted to trading or traded on a trading venue or where the issuer has approved trading of the issued instrument or where a request for admission to trading has been made, trading venues shall provide ESMA with identifying reference data for the purposes of transaction reporting pursuant to Article 26 and of the transparency requirements pursuant to Articles 3, 6, 8, 8a, 8b, 10, 14, 20 and 21. With regard to OTC derivatives, identifying reference data shall be based on a globally agreed unique product identifier and on any other relevant identifying reference data. With regard to OTC derivatives not covered by the first subparagraph of this paragraph that fall within the scope of Article 26(2), each designated publishing entity shall provide ESMA with the identifying reference data. ◄
Identifying reference data shall be made ready for submission to ESMA in an electronic and standardised format before trading commences in the financial instrument that it refers to. The financial instrument reference data shall be updated whenever there are changes to the data with respect to a financial instrument. ESMA shall publish those reference data immediately on its website. ESMA shall give competent authorities access without undue delay to those reference data.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:
(a)
l-ESMA effettivament tirċievi d-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
il-kwalità tad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun adatta għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 26;
(c)
id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tintbagħat b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(d)
ikun hemm mekkaniżmi effettivi fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu riżolti l-kwistjonijiet relatati mal-kunsinna tad-dejta jew il-kwalità tad-dejta.
|
|
Artikolu 27 3.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
l-istandards u l-formati tad-dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u għat-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;
(b)
il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2;
▼M8
(c)
id-data sa meta għandha tiġi rrapportata d-data ta’ referenza.
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 27 4.
|
L-ESMA tista’ tissospendi l-obbligi ta’ rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-sospensjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-kwalità tad-dejta ta’ referenza soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar kif speċifikat fil-paragrafu 1 li jistgħu jitqiegħdu f’riskju minħabba kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:
(i)
inkompletezza, impreċiżjoni jew korruzzjoni serji tad-dejta sottomessa, jew
(ii)
indisponibbiltà b’mod puntwali, interruzzjoni jew ħsara fil-funzjonament tas-sistemi użati għas-sottomissjoni, għall-ġbir, għall-ipproċessar jew għall-ħżin tad-dejta ta’ referenza rispettiva mill-ESMA, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-infrastrutturi tas-suq, mis-sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu, u mill-parteċipanti importanti fis-suq;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida;
(c)
is-sospensjoni ma jkollha l-ebda effett ta’ detriment fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;
(d)
is-sospensjoni ma toħloq ebda arbitraġġ regolatorju.
Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tqis kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2. Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li taħthom iċ-ċirkustanzi taħt liema s-suspensjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tibqax tapplika.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Sad-29 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni li għandha tintuża fir-rigward ta’ derivattivi OTC għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2) u l-Artikoli 10 u 21. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni li trid tintuża fir-rigward tad-derivattivi OTC għall-finijiet tal-Artikolu 26.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|