|
+Artikolu 27 3. |
Artikolu 27 3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
l-istandards u l-formati tad-dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u għat-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;
(b)
il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2;
(c)
id-data sa meta għandha tiġi rrapportata d-data ta’ referenza. Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|