+Artikolu 27d Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-ARMs u l-APAs
---+Artikolu 27d 1.
---+Artikolu 27d 2.
---+Artikolu 27d 3.
---+Artikolu 27d 4.
---+Artikolu 27d 5.
|
Artikolu 27d Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-ARMs u l-APAs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27d 1.
|
L-APA jew l-ARM applikant għandu jippreżenta applikazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, tkun tista’ tikkonferma li l-APA jew l-ARM implimenta, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan it-Titolu, inkluż programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi, inter alia, it-tipi ta’ servizzi previsti u l-istruttura organizzazzjonali.
|
|
Artikolu 27d 2.
|
L-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-APA jew l-ARM għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Wara li tivvaluta li l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tinnotifika b’dan lill-APA jew lill-ARM.
|
|
Artikolu 27d 3.
|
L-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta l-konformità tal-APA jew tal-ARM ma’ dan it-Titolu. Hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, u għandha tinnotifika lill-APA jew lill-ARM applikant kif xieraq fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni.
|
|
Artikolu 27d 4.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:
(a)
l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafu 1, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;
▼M8
(b)
l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tal-APAs u l-ARMs.
▼M3
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 27d 5.
|
►M8
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tal-APAs u l-ARMs. ◄
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|