+Artikolu 27i Rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs
---+Artikolu 27i 1.
---+Artikolu 27i 2.
---+Artikolu 27i 3.
---+Artikolu 27i 4.
---+Artikolu 27i 4a.
---+Artikolu 27i 4b.
---+Artikolu 27i 5.

Artikolu 27i Rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27i 1.
ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 26 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih tkun seħħet it-tranżazzjoni.
Artikolu 27i 2.
L-ARM għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, ARM li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti adegwati sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.
Artikolu 27i 3.
ARM għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554.
Artikolu 27i 4.
L-ARM għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji kkawżati mid-ditta ta’ investiment, u fejn iseħħu tali żball jew tali ommissjoni, jikkomunikaw id-dettalji tal-iżball jew tal-omissjoni lid-ditta ta’ investiment u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat.

L-ARM għandu jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu lill-ARM jinduna bi żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu u li jippermettu lill-ARM jikkorreġi u jittrażmetti, jew jittrażmetti mill-ġdid, skont kif ikun il-każ, rapporti korretti u kompleti ta’ tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 27i 4a.
ARM għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, nondiskriminatorji u ddivulgati pubblikament biex impriżi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 26 jiksbu aċċess għas-servizzi tiegħu.

ARM għandu jiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi ta’ rapportar ta’ data previsti skont dan ir-Regolament. Huwa għandu jiddivulga separatament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz ipprovdut, inklużi l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minnhom. Huwa għandu jippermetti lill-entitajiet ta’ rapportar jaċċessaw servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u t-tariffi imposti minn ARM għandhom ikunu relatati mal-kostijiet.

Artikolu 27i 4b.
ARM għandu jżommu r-rekords relatati man-negozju tiegħu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti jew l-ESMA, għal mill-inqas ħames snin.
Artikolu 27i 5.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-mezzi li bihom l-ARM jista’ jikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1; u

▼M6

(b) 

ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 2 u 4.

▼M3

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.