|
+Artikolu 28 4. |
Artikolu 28 4.Skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fil-paragrafi 1(a), (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva 2014/65/UE, u mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu għall-iskop waħdieni li tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ ċentru tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies li għandu l-effett ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(b)
iċ-ċentri ta’ negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti sabiex id-derivattivi ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
(c)
l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;
(d)
jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta’ regoli li jindirizzaw l-abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għal kategorija jew kategoriji ta’ ċentri tan-negozjar. F’dak il-każ, ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz huwa inkluż fil-paragrafu 1(3) biss jekk jaqa’ fil-kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|