+Artikolu 28 Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 2a.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
►M8
Kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet ma tali kontropartijiet finanzjarji oħrajn jew ma’ tali kontropartijiet mhux finanzjarji oħrajn f’derivattivi li jappartjenu għal klassi ta’ derivattiv li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar f’konformità mal-Artikolu 32 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 34 biss fi: ◄
(d)
ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u sakemm il-pajjiż terz jipprevedi sistema ta’ rikonoxximent effettiva u ekwivalenti liċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta’ derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-attività fid-derivati li ma ġewx dikjarati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar kif deskritt fil-paragrafu 1 sabiex jiġu identifikati l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista’ tippreżenta riskju sistemiku u tipprevjeni arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar u tranżazzjonijiet derivati mhux soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.
|
|
Artikolu 28 2a.
|
Tranżazzjonijiet f’derivattivi li huma eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar jew li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Id-derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew biex jinnegozjaw fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq bażi mhux esklużiva u nondiskriminatorja.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fil-paragrafi 1(a), (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva 2014/65/UE, u mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu għall-iskop waħdieni li tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ ċentru tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies li għandu l-effett ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(b)
iċ-ċentri ta’ negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti sabiex id-derivattivi ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
(c)
l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;
(d)
jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta’ regoli li jindirizzaw l-abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għal kategorija jew kategoriji ta’ ċentri tan-negozjar. F’dak il-każ, ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz huwa inkluż fil-paragrafu 1(3) biss jekk jaqa’ fil-kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kuntratti msemmija fil-paragrafu 2 li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn l-obbligu tan-negozjar huwa neċessarju jew xieraq biex tkun prevenuta l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta jkun possibbli u xieraq, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu identiċi għal dawk adottati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|