|
+Artikolu 29 2. |
Artikolu 29 2.Is-CCPs, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkollhom sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi fir-rigward ta’ derivati kklerjati biex jiġi żgurat litranżazzjonijiet f’derivati kklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm jista’ jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati. F’dan il-paragrafu, “derivati kklerjati” tfisser
(a)
id-derivati kollha li għandhom jiġu kklerjati minħabba l-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew minħabba l-obbligu ta’ kklerjar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)
id-derivati kollha li b’xi mod ieħor il-partijiet rilevanti jilħqu qbil dwarhom li għandhom jiġu kklerjati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|