+Artikolu 29 Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
|
Artikolu 29 Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-operatur ta’ suq regolat għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha fid-derivati li jiġu konklużi f’dak is-suq regolat jiġu kklerjati minn CCP.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Is-CCPs, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkollhom sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi fir-rigward ta’ derivati kklerjati biex jiġi żgurat litranżazzjonijiet f’derivati kklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm jista’ jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati. F’dan il-paragrafu, “derivati kklerjati” tfisser
(a)
id-derivati kollha li għandhom jiġu kklerjati minħabba l-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew minħabba l-obbligu ta’ kklerjar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)
id-derivati kollha li b’xi mod ieħor il-partijiet rilevanti jilħqu qbil dwarhom li għandhom jiġu kklerjati.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għal sistemi, proċeduri u arranġamenti, inklużi l-perjodi taż-żmien ta’ aċċettazzjoni taħt dan l-Artikolu filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni xierqa tar-riskji operazzjonali u oħrajn. L-ESMA għandha l-awtorità kontinwa li tfassal ulterjorment standards tekniċi regolatorji biex taġġorna dawk li jkunu fis-seħħ jekk hija tikkunsidra dan bħala meħtieġ mal-iżvilupp ta’ standards industrijali. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|