|
+Artikolu 29 3. |
Artikolu 29 3.L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għal sistemi, proċeduri u arranġamenti, inklużi l-perjodi taż-żmien ta’ aċċettazzjoni taħt dan l-Artikolu filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni xierqa tar-riskji operazzjonali u oħrajn. L-ESMA għandha l-awtorità kontinwa li tfassal ulterjorment standards tekniċi regolatorji biex taġġorna dawk li jkunu fis-seħħ jekk hija tikkunsidra dan bħala meħtieġ mal-iżvilupp ta’ standards industrijali. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|