+Artikolu 31 Servizzi tat-tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
|
Artikolu 31 Servizzi tat-tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 8a, 10 u 21 ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament u l-obbligu li jeżegwixxu ordnijiet fuq it-termini l-aktar favorevoli għall-klijent stabbilit fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC li huma ffurmati u stabbiliti bħala riżultat ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li huma fornituri ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandhom iżommu rekords kompluti u preċiżi tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex diġà rreġistrati jew irrapportati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dawk id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu dawk ir-rekords disponibbli fil-pront lill-awtorità kompetenti rilevanti jew lill-ESMA, meta jintalbu.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:
(a)
servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1;
(b)
it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rreġistrati skont il-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|