|
+Artikolu 32 4d. |
Artikolu 32 4d.Wara li tkun irċeviet it-talbiet imsemmija fil-paragrafi 4a u 4b, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
tissospendi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-obbligu ta’ negozjar għal klassijiet ta’ derivattiv OTC jew għal tipi ta’ kontropartijiet;
(b)
tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ESMA bir-raġunijiet għaliex hija tkun irrifjutat is-sospensjoni mitluba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar dak ir-rifjut u tgħaddilhom ir-raġunijiet ipprovduti lill-ESMA. L-informazzjoni provduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għal dak ir-rifjut m’għandhiex tiġi ppubblikata. Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi f’dak il-punt. Meta r-raġunijiet għas-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perjodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix aktar minn12-il xahar. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|