+Artikolu 32 Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 4a.
---+Artikolu 32 4b.
---+Artikolu 32 4c.
---+Artikolu 32 4d.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
|
Artikolu 32 Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej
(a)
liema mill-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew partita rilevanti minnha għandha tiġi nnegozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament;
(b)
id-data jew dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu tan-negozjar, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu meta din l-introduzzjoni gradwali u dawn il-kategoriji tal-kontropartijiet ġew previsti fl-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mill-Kummissjoni. Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-ESMA għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:
▼M8
(a)
il-klassi ta’ derivattivi skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jew subsett rilevanti tagħha trid tkun negozjata tal-inqas f’ċentru ta’ negozjar wieħed kif imsemmi fl-Artikolu 28(1); u
▼B
(b)
għandu jkun hemm biżżejjed interess ta’ bejgħ u xiri minn partijiet terzi fil-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha biex jippermetti li tali klassi ta’ derivati titqies likwida biżżejjed sabiex tinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).
|
|
Artikolu 32 3.
|
Matul l-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
il-frekwenza u d-daqs medji tat-transazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-natura u ċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti fil-klassi ta’ derivati;
(b)
l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti attivi fis-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq għall-prodotti/kuntratti nnegozjati fi prodott partikolari;
(c)
id-daqs medju tad-differenzjali (spreads).
Fit-tħejjija ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tikkunsidra l-impatt antiċipat li dak l-obbligu ta’ negozjar jista’ jkollu fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ derivati jew partita relevanti tagħha u l-attivitajiet kummerċjali ta’ utenti aħħarin li mhumiex entitajiet finanzjarji. L-ESMA għandha tiddetermina jekk il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha hijiex biss likwida biżżejjed fi tranżazzjonijiet taħt ċertu daqs.
|
|
Artikolu 32 4.
|
►M8
L-ESMA għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivattivi jew kuntratti ta’ derivattivi individwali li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament, iżda li għalihom l-ebda CCP għadu ma rċiviet awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. ◄
Wara n-notifika mill-ESMA msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta’ proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).
|
|
Artikolu 32 4a.
|
Meta l-ESMA tqis li s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu ta’ negozjar jidħol fis-seħħ, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament għall-istess klassijiet ta’ derivattiv OTC li jkunu soġġetti għat-talba għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 32 4b.
|
L-ESMA tista’ titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28(1) għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti, meta tali sospensjoni hija meħtieġa biex jiġu evitati jew indirizzati effetti ħżiena fuq il-likwidità jew theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja u biex jiġi żgurat il-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u meta dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.
|
|
Artikolu 32 4c.
|
It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 4a u 4b m’ għandhomx jiġu ppubblikati.
|
|
Artikolu 32 4d.
|
Wara li tkun irċeviet it-talbiet imsemmija fil-paragrafi 4a u 4b, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
tissospendi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-obbligu ta’ negozjar għal klassijiet ta’ derivattiv OTC jew għal tipi ta’ kontropartijiet;
(b)
tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ESMA bir-raġunijiet għaliex hija tkun irrifjutat is-sospensjoni mitluba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar dak ir-rifjut u tgħaddilhom ir-raġunijiet ipprovduti lill-ESMA. L-informazzjoni provduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għal dak ir-rifjut m’għandhiex tiġi ppubblikata. Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi f’dak il-punt. Meta r-raġunijiet għas-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perjodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix aktar minn12-il xahar. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.
|
|
Artikolu 32 5.
|
L-ESMA għandha, skont il-paragrafu 1, tissottometti għand il-Kummissjoni l-abbozz il-ġdid ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex temenda, tissospendi jew tirrevoka l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti kull meta jkun hemm bidla materjali fil-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel ma tagħmel dan, l-ESMA tista’ tikkonsulta, fejn dan ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 32 6.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2(b). L-ESMA għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Is-setgħa hija mogtħija lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|