+Artikolu 35 Aċċess nondiskriminatorju għal CCP
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
|
Artikolu 35 Aċċess nondiskriminatorju għal CCP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
►M8
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandu jaċċetta li jikklerja strumenti finanzjarji fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inkluż fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru ta’ negozjar li fih tiġi esegwita tranżazzjoni.
Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal derivattivi nnegozjati fil-borża.
B’mod partikolari, is-CCP għandu jiżgura li ċentru ta’ negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju ta’ kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar, f’termini ta’:
◄
(a)
rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, fejn l-inklużjoni ta’ dawn il-kuntratti fil-proċeduri ta’ close-up u proċeduri oħrajn ta’ netting ta’ CCP ibbażata fuq il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli ma tipperikolax il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat, il-validità jew l-infurzar ta’ dawn il-proċeduri; kif ukoll
(b)
il-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP skont mudell ta’ riskju li jikkonforma mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
CCP tista’ teħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar jikkonforma ma’ rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju. Ir-rekwiżit f’dan il-paragrafu ma japplika għall-ebda kuntratt ta’ derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. CCP mhijiex marbuta b’dan l-Artikolu jekk ma tkunx konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar li jkun ta notifika skont l-Artikolu 36(5).
|
|
Artikolu 35 2.
|
Talba għal aċċess għal CCP minn ċentru tan-negozjar għandha tkun formalment sottomessa lil CCP, lill-awtorità kompetenti relevanti tagħha u lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar. It-talba għandha tispeċifika għal liema tipi ta’ strumenti finanzjarji huwa mitlub l-aċċess.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Is-CCP għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub liċ-ċentru ta’ negozjar fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 2, li jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tat aċċess skont il-paragrafu 4, jew inkella li tiċħad l-aċċess. Is-CCP jista’ jiċħad talba għal aċċess soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a). Jekk CCP jiċħad l-aċċess, dan għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu u jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Meta ċ-ċentru ta’ negozjar ikun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tas-CCP, is-CCP għandu jgħaddi wkoll dik t-tweġiba bil-miktub lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta’ negozjar. Is-CCP għandu jipprovdi aċċess fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.
|
|
Artikolu 35 4.
|
►M8
L-awtorità kompetenti tas-CCP jew dik taċ-ċentru ta’ negozjar għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru ta’ negozjar biss meta tali aċċess ma jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità, jew ma jkunx jaffettwa r-riskju sistemiku b’mod negattiv. ◄
Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, lis-CCP u liċ-ċentru tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, CCP li tkun għadha kif ġiet stabbilita u awtorizzata bħala CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex tikklerja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew awtorizzata skont reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali preeżistenti għal perjodu ta’ anqas minn tliet snin fit-2 ta’ Lulju 2014 tista’, qabel it-
►M1
3 ta' Jannar 2018 ◄ , tapplika mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex tkun tista’ tuża l-arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan l-Artikolu ma japplikax għas-CCP fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, għal perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn tletin xahar mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ . Meta tali perjodu tranżizzjonali jkun approvat, is-CCP ma tistax tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ dan l-arranġament tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għas-CCP u l-ESMA meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi. Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 jew dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali. CCP li tkun awtorizzata matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ, iżda li tkun iffurmata permezz ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi tal-anqas CCP awtorizzata waħda qabel dan il-perjodu, m’għandhiex titħalla tapplika għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 35 6.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn CCP, inklużi l-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni ta’ riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa.
(b)
il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitħalla l-aċċess minn CCP, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.
(c)
il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti ta’ aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq jew jaffettwaw ħażin ir-riskju sistemiku.
(d)
il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5.
(e)
il-kundizzjonijiet għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar ikunu trattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|