|
+Artikolu 35 5. |
Artikolu 35 5.Fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, CCP li tkun għadha kif ġiet stabbilita u awtorizzata bħala CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex tikklerja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew awtorizzata skont reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali preeżistenti għal perjodu ta’ anqas minn tliet snin fit-2 ta’ Lulju 2014 tista’, qabel it-
►M1
3 ta' Jannar 2018 ◄ , tapplika mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex tkun tista’ tuża l-arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan l-Artikolu ma japplikax għas-CCP fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, għal perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn tletin xahar mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ . Meta tali perjodu tranżizzjonali jkun approvat, is-CCP ma tistax tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ dan l-arranġament tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għas-CCP u l-ESMA meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi. Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 jew dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali. CCP li tkun awtorizzata matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ, iżda li tkun iffurmata permezz ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi tal-anqas CCP awtorizzata waħda qabel dan il-perjodu, m’għandhiex titħalla tapplika għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|