+Artikolu 36 Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 6.
|
Artikolu 36 Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
►M8
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fuq talba, ċentru ta’ negozjar għandu jipprovdi feeds ta’ negozjar fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inkluż fir-rigward ta’ tariffi relatati mal-aċċess, lil kwalunkwe CCP awtorizzat jew rikonoxxut skont dak ir-Regolament li jkun jixtieq jikklerja tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li jiġu konklużi f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għal:
(a)
kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi li jkun diġà soġġett għall-obbligi ta’ aċċess stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)
derivattivi nnegozjati fil-borża. ◄
Ċentru tan-negozjar mhuwiex marbut b’dan l-Artikolu jekk ikun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP li tkun tat notifika li qed tuża l-arranġamenti tranżitorji skont l-Artikolu 35(5).
|
|
Artikolu 36 2.
|
Talba għall-aċċess għal ċentru tan-negozjar minn CCP għandha tiġi formalment sottomessa lil ċentru tan-negozjar, lill-awtorità kompetenti relevanti tiegħu u lill-awtorità kompetenti tas-CCP.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub lis-CCP fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tat aċċess skont il-paragrafu 4, jew inkella li tiċħad l-aċċess. Iċ-ċentru ta’ negozjar jista’ jiċħad talba għal aċċess soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a). Jekk ċentru ta’ negozjar jiċħad l-aċċess, dan għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni bil-miktub. Meta s-CCP jkun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak taċ-ċentru ta’ negozjar, iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jibgħat it-tweġiba bil-miktub lill-awtorità kompetenti tas-CCP wkoll. Iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jagħti aċċess fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.
|
|
Artikolu 36 4.
|
►M8
L-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta’ negozjar jew dik tas-CCP għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru ta’ negozjar biss meta tali aċċess ma jheddidx il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat tas-swieq, bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità, u sakemm iċ-ċentru ta’ negozjar ikun implimenta mekkaniżmi adegwati biex jipprevjeni tali frammentazzjoni, jew ma jkunx jaffettwa r-riskju sistemiku b’mod negattiv. ◄
Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.
|
|
Artikolu 36 6.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-kondizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn ċentru tan-negozjar, inklużi kundizzjonijiet ibbażati fuq il-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni tar-riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa,
(b)
il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.
(c)
il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti tal-aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku.
▼M8 —————
▼B
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|