+Artikolu 37 Aċċess nondiskriminatorju għal, u l-obbligu ta’ liċenzjar ta’ punti referenzjarji
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
|
Artikolu 37 Aċċess nondiskriminatorju għal, u l-obbligu ta’ liċenzjar ta’ punti referenzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Meta l-valur ta’ kwalunkwe strument finanzjarju huwa kkalkolat b’referenza għal punt referenzjarju, persuna bid-drittijiet proprjetarji għall-punt referenzjarju għandha tiżgura għall-finijiet ta’ negozjar u kklerjar, li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju għal:
(a)
aġġornamenti relevanti dwar il-prezz u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ dak il-punt referenzjarju għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
Liċenzja li tinkludi l-aċċess għall-informazzjoni għandha tingħata fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba minn CCP jew ċentru tan-negozjar. L-aċċess għandu jingħata bi prezz kummerċjali raġonevoli filwaqt li jitqies il-prezz li bih jingħata aċċess għall-punt referenzjarju jew huma liċenzjati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq termini ekwivalenti lil CCP oħra, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata għall-finijiet ta’ kklerjar jew negozjar. Prezzijiet differenti jistgħu jiġu ċċarġjati għal CCPs differenti, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata biss meta dan ikun oġġettivament ġustifikat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet kummerċjali raġonevoli bħall-kwantità, l-ambitu jew il-qasam ta’ użu mitluba.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Meta jiġi żviluppat punt referenzjarju ġdid konsegwentement għall-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara it-
►M1
3 ta' Jannar 2018
◄ , l-obbligu ta’ liċenzjar jibda mhux aktar tard minn 30 xahar wara referenza għal strument finanzjarju li l-punt referenzjarju beda n-negozjar jew ġie ammess għan-negozjar. Meta persuna bi drittijiet proprjetarji għal punt referenzjarju ġdid tippossjedi punt referenzjarju eżistenti, dik il-persuna għandha tistabbilixxi li, meta mqabbel ma kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti, il-punt referenzjarju ġdid jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)
il-punt referenzjarju ġdid ma jkunx sempliċement kopja jew adattament ta’ kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti u l-metodoloġija, inkluża d-dejta sottostanti, tal-punt referenzjarju ġdid tkun sostanzjalment differenti minn kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti; u
(b)
il-punt referenzjarju l-ġdid ma jkun sostitut għal ebda tali punt referenzjarju eżistenti.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.
|
|
Artikolu 37 3.
|
L-ebda CCP, ċentru tan-negozjar jew entità relatata ma jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xi fornitur ta’ punt referenzjarju li l-effett tiegħu jkun wieħed minn dawn:
(a)
il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1; jew
(b)
il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1;
|
|
Artikolu 37 4.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
l-informazzjoni permezz tal-liċenzjar li trid issir disponibbli skont il-paragrafu 1(a) għall-użu uniku tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar;
(b)
kundizzjonijiet oħra li skonthom jingħata aċċess, inkluża l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta;
(c)
l-istandards rigward kif jista’ jiġi ppruvat li punt referenzjarju huwa ġdid b’konformità mal-paragrafi 2(a) u (b).
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|