|
+Artikolu 37 2. |
Artikolu 37 2.Meta jiġi żviluppat punt referenzjarju ġdid konsegwentement għall-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara it- ►M1 3 ta' Jannar 2018 ◄ , l-obbligu ta’ liċenzjar jibda mhux aktar tard minn 30 xahar wara referenza għal strument finanzjarju li l-punt referenzjarju beda n-negozjar jew ġie ammess għan-negozjar. Meta persuna bi drittijiet proprjetarji għal punt referenzjarju ġdid tippossjedi punt referenzjarju eżistenti, dik il-persuna għandha tistabbilixxi li, meta mqabbel ma kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti, il-punt referenzjarju ġdid jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)
il-punt referenzjarju ġdid ma jkunx sempliċement kopja jew adattament ta’ kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti u l-metodoloġija, inkluża d-dejta sottostanti, tal-punt referenzjarju ġdid tkun sostanzjalment differenti minn kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti; u
(b)
il-punt referenzjarju l-ġdid ma jkun sostitut għal ebda tali punt referenzjarju eżistenti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|