+Artikolu 38 Aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
|
Artikolu 38 Aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Ċentru ta’ negozjar stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess lil CCP stabbilit fl-Unjoni biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 28(4) b’rabta ma’ dak il-pajjiż terz. CCP stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess għal ċentru ta’ negozjar fl-Unjoni soġġett għar-rikonoxximent ta’ dak is-CCP skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Is-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jitħallew jagħmlu użu biss mid-drittijiet ta’ aċċess imsemmija fl-Artikoli 35 u 36 fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji koperti minn dawk l-Artikoli, u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz jitqies bħala li jipprovdi sistema ekwivalenti effettiva sabiex is-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għas-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 38 2.
|
CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jitolbu liċenzja u d-drittijiet ta’ aċċess b’konformità mal-Artikolu 37 biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jitqies bħala wieħed li jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja għal:
(a)
aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51, tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar u CCP awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(b)
jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;
(c)
il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta. raġonevoli u nondiskriminatorja għal:
(i)
aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|