|
+Artikolu 38 3. |
Artikolu 38 3.Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51, tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar u CCP awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(b)
jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;
(c)
il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta. raġonevoli u nondiskriminatorja għal:
(i)
aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
(ii)
liċenzji, minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|