+Artikolu 38c Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 38c 1.
---+Artikolu 38c 2.
---+Artikolu 38c 3.
---+Artikolu 38c 4.
---+Artikolu 38c 5.
---+Artikolu 38c 6.
|
Artikolu 38c Investigazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38c 1.
|
Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA huma mogħtija s-setgħa li:
(a)
jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu miżmumin;
(b)
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;
(c)
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
(d)
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
(e)
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-dejta.
|
|
Artikolu 38c 2.
|
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-produzzjoni tar-rekords, dejta u proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1), ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 38h, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) ikunu skorretti jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 38c 3.
|
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 38c 4.
|
Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan.
|
|
Artikolu 38c 5.
|
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
|
|
Artikolu 38c 6.
|
Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
(a)
li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 3 tkun awtentika;
(b)
li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|