|
+Artikolu 38c 1. |
Artikolu 38c 1.Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA huma mogħtija s-setgħa li:
(a)
jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu miżmumin;
(b)
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;
(c)
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
(d)
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
(e)
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-dejta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|