+Artikolu 38g Miżuri superviżorji mill-ESMA
---+Artikolu 38g 1.
---+Artikolu 38g 2.
---+Artikolu 38g 3.
|
Artikolu 38g Miżuri superviżorji mill-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38g 1.
|
►M8
Meta l-ESMA ssib li persuna elenkata fl-Artikolu 38b(1), il-punt (a), ma tkunx ikkonformat ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20 sa 22c, jew fit-Titolu IVa, hija għandha tieħu waħda jew aktar minn dawn l-azzjonijiet: ◄
(a)
tadotta deċiżjoni li titlob lill-persuna ttemm il-ksur;
(b)
tadotta deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 38h u 38i;
|
|
Artikolu 38g 2.
|
Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
(b)
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat jew iffaċilitat mill-ksur jew huwiex b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;
(c)
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;
(d)
il-livell tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(e)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(f)
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;
(g)
l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;
(h)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(i)
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
(j)
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi impedut li l-ksur jiġi ripetut.
|
|
Artikolu 38g 3.
|
Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe tali azzjoni fis-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ittieħdet. Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;
(b)
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;
(c)
dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-ESMA jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|