|
+Artikolu 42 2. |
Artikolu 42 2.Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:
(a)
jew
(i)
strument finanzjarju, depożitu strutturat jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed; jew
(ii)
derivat ikollu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;
(c)
l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista’ jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi;
(d)
l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni;
(e)
l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor; u
(f)
tkun ikkonsultat kif xieraq mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, f’każ li strument finanzjarju, jew attività jew prassi jkunu ta’ theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-suq agrikolu fiżiku. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|