+Artikolu 42 Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
---+Artikolu 42 7.
|
Artikolu 42 Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dan li ġej f’dak jew minn dak l-Istat Membru:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
(b)
tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:
(a)
jew
(i)
strument finanzjarju, depożitu strutturat jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed; jew
(ii)
derivat ikollu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;
(c)
l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista’ jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi;
(d)
l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni;
(e)
l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor; u
(f)
tkun ikkonsultat kif xieraq mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, f’każ li strument finanzjarju, jew attività jew prassi jkunu ta’ theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-suq agrikolu fiżiku.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 42 3.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:
(a)
l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;
(b)
in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u
(c)
l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li skontha hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 42 4.
|
F’każijiet straordinarji meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-istrumenti finanzjarji, id-depożiti strutturati, il-prassi jew l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa, qabel ma l-miżura għandha tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA jew, għal depożiti strutturati, lill-EBA, sakemm il-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu sodisfatti u, barra minn hekk, jiġi stabbilit li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax adegwatament it-tħassib speċifiku jew it-theddida speċifika. L-awtorità kompetenti ma tistax tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja għal perjodu li jabeż it-tliet xhur.
|
|
Artikolu 42 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li skonthom hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.
|
|
Artikolu 42 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.
|
|
Artikolu 42 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) f’tal-anqas Stat Membru wieħed. Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
(a)
il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat, distribwit u mibjugħ;
(b)
il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;
(c)
il-lieva li strument finanzjarju jew depożitu strutturat jew prassi jipprovdu;
(d)
b’rabta mal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|