|
+Artikolu 45 10. |
Artikolu 45 10.Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mal-Artikolu 50, atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi sabiex jiġi determinat:
(a)
l-eżistenza ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komoditajiet b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) filwaqt li jitqies kemm fil-fatt il-pożizzjonijiet jintużaw għall-iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet f’komoditajiet fiżiċi jew kuntratti ta’ komoditajiet u kemm fil-fatt il-prezzijiet fis-swieq sottostanti huma stabbiliti b’referenza għall-prezzijiet ta’ derivati ta’ komodità;
(b)
it-tnaqqis xieraq ta’ pożizzjoni jew skopertura li tkun infetħet permezz ta’ derivat msemmi fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu;
(c)
is-sitwazzjonijiet fejn jista’ jinqala’ riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom iqisu l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiddifferenzjaw bejn is-sitwazzjonijiet li fihom l-ESMA tieħu azzjoni għaliex awtorità kompetenti tkun naqset li taġixxi u dawk li fihom l-ESMA tindirizza riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tindirizza b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|