|
+Artikolu 47 2. |
Artikolu 47 2.L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa ġuridiċi u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:
(a)
il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA, u fejn rilevanti, il-modalitajiet tal-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA, u, fejn rilevanti, l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA ta' informazzjoni bħal din mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;
(b)
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-ESMA tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 48 tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;
(c)
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li tista’ twettaq l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn id-ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont l-Artikolu 46, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, wara li tkun informat kif xieraq lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tiegħu.
(d)
il-proċeduri li jikkonċernaw talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 46 (6a) u (6b) li l-ESMA tista’ tibgħat lil ditta ta' pajjiż terz irreġistrata skont l-Artikolu 46(2).'; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|